Illejla, fil-programm, “L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa’ ta’ Mark Laurence iltqajna ma’ Ruth. Ruth hija omm ta’ żewġ subien, iżda wieħed minnhom (il-kbir) twieled bħala tifla. Ruth tirrakonta kif għal bidu għaliha din kienet diffiċli biex tifhem li “bintha” ma teżistiex aktar u issa hemm “ġuvni”.

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Ruth tgħid li meta kellha 7 snin, it-tifla tagħha nbidlet u saret magħluqa fiha nnifisha, bin-nervi u dwejjaq kbar. Ta’ 11-sena bdiet turi atteġjament differenti. Ruth ħasbet li t-tifla tagħha hi gay imma t-tifla tagħha ma riditx tkun imsejħa hekk. Ruth tgħid li dak iż-żmien kienet qed tikteb ktieb, u wara reżistenza ħalliet lil ommha taqrah. Kien ktieb b’karratru maskili li jirrakonta episodji mill-ħajja ta’ din it-tifla.

“Wara li qrajt il-ktieb kellimtha u għedtilha li jixbaħ il-karattru tagħha. Ftit wara ninduna li l-profil kemm ta’ Instagram u Facebook inbidel f’isem ta’ tifel” tgħid Ruth.

Din it-tifla wiegħdet li tgħid lil ommha l-istorja kollha. Qaltilha li ser tibdel il-ħwejjeġ kollha għax hi tifel. Dan l-episodju ġara l-Ħamis u sal-Ħadd, din it-tifla inbidlet f’tifel. Ruth tgħid li sal-Ħadd, kellha l-gwardarobba kollha vojta. “Ħadd xokk kbir, fi tliet tijiem filli qed nara tifla u filli qed nara tifel. Kont nasal warajh id-dar u kont ngħid dan min hu. Moħħi ma setax jassoċja li dan l-istess persuna!” tgħid Ruth.

Ruth tirrakonta li l-proċess biex aċċettat lil binha kien twil u diffiċli, “Sakemm aċċettajt kienu jaqbduni dwejjaq kbar, kont ngħid t-tifla tiegħi fejnha? u dan min hu?”. Bl-għajnuna ta’ Rainbow Service Group, Ruth tirċievi l-għajnuna. It-terapista tgħidilha li t-tifla tagħha m’għadhiex teżisti u li trid tħallieha titlaq sakemm tasal f’punt li taċċetta li kellek tifel.

Illum il-ġurnata, Ruth mhux talli aċċettat lil binha iżda  tixtieq tagħmel minn kollox biex tarah kuntent. “Jaf li nħobbu ħafna u nixtieq nista’ nħallas kemm nista’ biex narah kuntent …Nixtieq nagħmel ‘magic’ u nibdillu ġismu” tgħid Ruth. Ruth tħeġġeġ lill-ġenituri li għaddejin mill-istess esperjenza biex ifittxu l-għajnuna u jissapportjaw lit-tfal tagħhom.


Anthony Baldacchino