Jidher li lbieraħ waqt li Adrian Zammit, magħruf ukoll bħala Drinu, kien qed jiċċelebra l-festa flimkien ma' ta' Ħal Luqa, spiċċa kellu kemxejn ta' inċident żgħir. Iż-żagħżagħ li kien hemm jiċċelebraw jidher li iddeċidew li jerfgħu lil Drinu u jimxu bih fuq spallejhom.

Iżda ħin minnhom, Drinu spiċċa biex għeleb minn fuq spallejhom u niżel mal-art! Hu qam mill-ewwel u kompla jiċċelebra magħhom qisu xejn mhu xejn! Verament persuna sportiv għax kienu hu li qasam il-filmat ta' din il-waqgħa. Ċertament eżempju ċar li persuna kapaċi jidħak bih innifsu u jkompli għaddej. Spirtu tassew sportiv. Ibqa' hekk Drin!

Facebook / Adrian Zammit


Emil Calleja Bayliss