Fuq il-live tal-bieraħ filgħaxija, Adrian Zammit magħruf ukoll bħala Drinu ħasad lil dawk kollha li jsegwuh għax kien hemm min ħaseb li ħa jieqaf mil-live shows li jagħmel fuq Facebook. Hu qal, "ma nafx kif ħa naqbad ngħidilkom... pero inħobb ngħidilkom il-verita, apprezzaw l-onesta tiegħi. Jiena ma rrid lil ħadd li jiġi deluż illi tisimgħu mingħand ħaddieħor..."

Hu jgħid, "erġajt sibt l-imħabba, imħabba unika. Hija diffiċli biex nagħżel bejn il-programm u l-imħabba." Ftit wara hu ppreżenta l-ġeru l-ġdid bl-isem ta' Goffy. Goffy mietet ftit tal-ġimgħat ilu u kienet waħda mill-aktar annimali magħrufa f'pajjiżna. Ta' kuljum kienet tkun biswit Adrian u n-nies ħabbewha u ħabbewha bil-kbir.

Jidher li grupp ta' persuni li Adrian irringrazzja fuq il-profil tiegħu ngħaqdu flimkien sabiex jagħtu sorpriża lil Adrian billi jagħtuh rigal speċjali. Hu kif tistgħu taraw, tfaċċat kelba bħal Goffy. Kelba li għadha ġeru iżda nafu fiċ-ċert li ħa timla qalb Adrian b'ħafna ferħ. L-imħabba li għandu għall-annimali hija xi ħaġa speċjali. 

Awguri u r-risq Adrian. Nieħdu gost narawk kuntent! 


Emil Calleja Bayliss