Ilbieraħ, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili salvaw fekruna li kienet f’diffikultà hekk kif inqabdet fi xbieki. Il-ħaddiema tellgħu l-fekruna fuq il-lanċa u neħħew ix-xibka. Wara għaddew il-fekruna lil NatureTrust għall-kura.
“Ilbieraħ is-salvataġġ tal-Protezzjoni Ċivili Malta salvaw fekruna żgħira f’diffikultà hekk kif inqabdet f’xibka,” huma qalu fuq il-paġna uffiċjali tal-Facebok. “Il-ħaddiema tas-salvataġġ tellgħuil-fekruna abbord il-Bastiment, u bil-mod ħadmu biex jaqtgħu x-xibka u jeħilsuha. Il-fekruna mbagħad ittieħdet ix-xatt u ngħatat lil NatureTrust għal aktar monitoraġġ u trattament.”
Prosit kbira lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili!
Facebook/Civil Protection Malta