Ħaddiem ma’ kumpanija tad-deliveries ġie jidher fuq filmat jgħin lil mara Maltija timxi fit-triq, wara li sabet diffikultà tagħmel dan minħabba r-riħ qawwi li beda jostakolaha. Il-mara fil-bidu tal-filmat saħansitra tidher iżżomm ma' arblu minħabba r-riefnu ta' dak il-ħin. Fis-sezzjoni tal-kummenti kien hemm bosta li faħħru l-qalb twajba ta’ dan ir-raġel, saħansitra t-tifla tagħha, li kitbet “grazzi lil dan ir-raġel twajjeb talli għen lil ommi tasal id-dar”.

Kummentatur ġibed l-attenzjoni tan-nies billi qal li xi ħadd ipprefera jieħu filmat ta’ dak li kien qiegħed jiġri, minflok imur jgħin lill-mara.  

Ara l-filmat HAWN.


Nicole Zammit