Fl-2014 John Bundy kien jippreżenta programm fuq TVM, kien spiċċa vittma ta’ ċajta mill-ħabib u mistieden residenti Ernest. Ernest kien il-ħajjat fuq Bonġu Bundy.

Waqt il-programm Noli, t-tim tal-programm ftehmu ma’ John Bundy biex jagħmel ċajta hu lil Ernest u jpattielu! Iżda ftit kien jaf li ċ-ċajta kienet qiegħda fuqu flok fuq il-ħabib tiegħu Ernest!

Jidher li John Bundy ħadha ċ-ċajta iżda qal, “ħadd wara ħadd tasal ta’ kulħadd” u wiegħed li xi darba ser jagħmel ċajta lil Ernest kif tmiss il-liġi!

John għalaq l-intervista li….”għandna bżonn nidħqu u jien ma niddejjaqx min jiċċajta miegħi”. Proset John kemm int bniedem sportiv! Jekk qatt ma' rajt l-ewwel ċajta, hawn hi: 


Anthony Baldacchino