Waqt AWLA kienu mistednin is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg flimkien mal-familja tagħha, żewġh u bintha Valentina. Rebecca tgħid li tieħu nota tal-logħbiet li jkunu ser jintlagħbu tal-Juventus, u tagħmel ċert li ssegwi.
"Fil-kalendarju jkollna miktub meta jkunu l-logħob, biex żgur ma nivvinta xejn. Jekk nivvinta xi ħaġa dakinhar li jkun hemm il-Juve, problemi jkollna. Jiddependi, jekk naraw li l-affarijiet sejrin tajjeb, nibqgħu nsegwu fuq is-sufan, jekk naraw li l-affarijiet qed jeskalaw, nitilqu 'l hemm..."
Tispjega kif bintha Valentina diġà qed turi minn età żgħira li se tkun supporter tal-Juve, u taf l-innu diġà. "Ħa tkun Juventina... diġà taf l-innu," tgħid Rebecca. Segwi aktar fil-filmat hawn taħt: