Aktar kmieni din il-ġimgħa Dylan Agius ta' Liqourish tefa' ritratt flimkien ma' kwotazzjoni bi kliem li ħafna segwaċi tiegħu interpretawh ħażin. Ħafna ħasbu li Dylan seta' ġralu xi ħaġa jew għaddej minn xi sitwazzjoni, madanakollu l'għada hu xtaq jikkonferma li jinsab tajjeb!

"Naħseb aħjar nagħmel l-affarijiet ċari, iva qed nitkellem fuq id-deskrizzjoni li rajtu fuq ir-ritratt li tfajt ilbieraħ. Jien ninsab tajjeb u aktar minn kuntent. Sempliċiment kienet kwotazzjoni li ltqajt magħha fuq Instagram u ħassejt il-bżonn li nixħitha." Dylan irringrazzja lil kulħadd tal-ħsieb u tar-rispett li wrewh, iżda xtaq jgħid li dik il-kwotazzjoni tefagħha għax laqtitu. 

Dylan jieħu l-opportunità u jgħaddi messaġġ żgħir biex fil-ħajja, kull ħaġa li ngħaddu minnha. niġġildulha kemm nifilħu u nimmiraw li dejjem inkunu persuna aħjar milli konna lbieraħ. Dan fil-fatt kien wieħed mill-ħsibijiet li fakkritu dik il-famuża kwotazzjoni!

Prosit Dylan x'erba' kelmiet dawk! Kemm għandek min iħobbok!


Kyle Zarb