Ilbieraħ skoprejna li Daniel u Ylenia huma uffiċjalment koppja! Imma ilhom ħafna ħbieb u proprju 4 snin ilu permezz tal-programm, 'Int Min Int', produzzjoni tal-istudenti mill-MCAST, Daniel kellu jagħżel 8 kandidati biex joħorġu ma' Ylenia. Ylenia kienet qalet, "Inħossni diżapuntata ħafna jekk Daniel ma jagħżilx xi ħadd 1 li jolqotni".
Daniel iċempel lil ħafna imma 8 jaċċettaw, fosthom kien hemm' Kurt Anthony il-kantant, l-attur Kyle Gatt, il-preżentatur Mark Laurence u Matthew Sant Sultana, ir-rebbieħ ta' Liquorish ta' dik is-sena Ġożwe u l-EX tagħha Eman.
Ylenia kienet stagħġbet xħin rat l-EX tagħha hemm u ma stennitx li ser jaċċetta l-istedina, għalkemm spiċċa biex m'għażiltux. Lil kontestanti kollha qaltilhom li hi persuna "high-maintenance" ħafna, tħobb lil min jieħu ħsiebha u joħroġha. Ir-raġel ideali tagħha għal dak iż-żmien kien; bjond, għajnejh blu imma l-karattru jgħodd!
Fl-aħħar Ylenia tagħżel lil Matthew Sant Sultana wara li dan jagħlaq għeluq sninu fl-istess xahar, jaqgħu taħt l-istess stilla u għandhom it-tnejn l-istess żmien. Imma mur għidilha li l-maħbub tagħha kien fl-istudjo u għażlilha l-kandidati hu!
Isma' lil Ylenia u Daniel mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq Bay mis-6:30 ta' filgħodu!