Riċentament it-tim tagħna rċieva filmat minn Pukka Media minn fuq il-kantal ta' YouTube Vince Bonello Pukka ta' tifel ta' tmien snin li jgħix għall-futbol tista' tgħid. Il-ħolma taċ-ċkejken Kain hi li jsir gowler professjonali u jagħmel karriera mill-isport tal-futbol.

Kain jgħidilna, "Jien noqgħod il-Fgura u ilni nilgħab il-futbol minn meta kelli 6 snin u bdejt nilgħab mal-Fgura stess. Ispirani li nilgħab bħala gowler il-ħabib tiegħi, Jake Bonello. Min dejjem xtaqt li nilgħab f'din il-pożizzjoni."

Kain jagħraf li din hi dixxipplina li trid ħafna u ħafna prattika, tant hu hekk li hu jgħidilna, "Imur extra training ma' Mario Muscat Goalkeeper School u mmur ukoll ma' Matthew Towns, sezzjonijiet 1-to-1. Nixtieq li meta nikber inkun gowler ma' klabb tal-Premier."

Sabiħ li naraw tfal telgħin b'daqshekk dedikazzjoni u daqshekk dixxipplina. F'kull sport, id-dixxipplina u d-dedikazzjoni huma parti important mmens sabiex wieħed jasal għas-suċċess.

Youtube / Vince Bonello Pukka


Emil Calleja Bayliss