Ilbieraħ Mario Gatt, li jirreċta l-karattru ta’ Spiru fuq Klassi Għalina aċċetta intervista personali magħna. Spjega kif tmien snin ilu, meta beda Klassi Għalina, qas biss kien ċerti li ħa jsir kollu l-ewwel staġun, aħseb u ara li se jaslu sal-ħames wieħed.

Mario qal li jaħseb li għal dak iż-żmien, kienet xi ħaġa ġdida li joħroġ programm hekk. Hu qal lil Gwida.mt li għandu ħafna memorji sbieħ.

klassi ghalina

“Dħaqna ħafna waqt filming mhux darba. Kultant taqbad tidħaq u ma tkunx tista’ tieqaf. Niftakar episodju partikolari, kien l-episodju li jinżel Aljen u jiltaqa’ ma’ Daiton. F’xena minnom waqt li l-Aljen kien fil-klassi qbadt nidħak. Spiċċajna ħadna xi 13-il take minħabba fija.”

L-isbaħ ħaġa li qalli kienet li id-daħq waqt il-filming huwa sinjal tajjeb “għax biex tiddeverti lin-nies, l-ewwel trid tieħu gost int. Inkella kif ħa jieħdu gost meta jarawk?!”

klassi ghalina

Żvela hint kurjuża dwar il-programmi li jmiss ukoll: “Min ra l-ewwel episodju tal-ħames staġun, ħa jkollu hint tajjeb ma xiex se niltaqgħu. Tinsewx li fi Klassi Għalina tistenna minn kollox”.

Komplu segwu għat-tieni parti ta’ din l-intervista!

Mario Gatt 


Nicole Barbara