Wieħed min-nies li ntervista Owen Bonnici fuq il-programm tiegħu Prime Time kien Matthew Cassar. Matthew kien wieħed mill-parteċipanti tal-programm HazZard fl-edizzjoni li għaddiet.

Matthew dejjem jgħid li biex tgħix l-avventuri u tivjaġġa, m’għandekx bżonn ħafna flus. Biex juri kemm hu vera dan, iddeċieda li jmur in-Norveġja b’50 ewro biss, inkluż it-titjiriet, l-akkomodazzjoni u l-ikel.

Matthew qal li meta n-nies jaraw bniedem b’enerġija pożittiva, jaċċettaw li jilqgħuk f’darhom mill-ewwel.

L-aħħar lejl ried jagħmel xi ħaġa differenti u ddeċieda li jmur jikkampja u jorqod lejl ġo foresta mingħajr tent jew apparat. Iżda Matthew għamel żball wieħed!

matt
Ritratt: Facebook/Matthew Cassar

“Ma kkunsidrajtx kemm se jkun hemm bard. Filli kont komdu mmens u rqadt, filli sagħtejn wara  spiċċajt ġo -3°Ċ u jien ma kelli xejn ħlief ġakketta żgħira fuqi!”

Facebook/Matthew Cassar


Nicole Barbara