Dan il-qattus ilu mitluf għal diversi ġimgħat, iżda minkejja li sidu jinsab imnikket ħafna, ma qatax qalbu u kuljum joħroġ ifittxu. Fl-aħħar jidher li hemm xi ftit tama li dan il-qattus ma jdumx ma jirritorna lura d-dar għax qed jingħad li ntlemaħ.

Anna Vella kitbet, “Ħbieb!!! Fl-aħħar intlemaħ! Ejja ħa nsibuh jekk jogħġobkom. Dan il-qattus ilu mitluf aktar minn ħmistax, intlemaħ lejn in-naħat tal-villa ta’ Mintoff. Jekk xi ħadd jarah jista’ jekk jogħġbu jikkuntattja lil sidu Angelo Baldacchino fuq 79734697.”

Żiedet tgħid, “Anke jekk ma tħobbux il-qtates tħalluhx joħroġ, għamlu ġest qalbieni mqar għal sidu! Fil-ħajja li tiżra taħsad. Grazzi.”

Hi appellat ukoll biex tinxtered il-kelma ħalli kull min jgħix f’dawk l-inħawi joqgħod b’seba’ għajnejn!

Facebook / Anna Vella u Angelo Baldacchino


Gabriella Borg