The New Victorians xeħħtu ritratt fil-paġna uffiċjali tal-Facebook tagħhom ġewwa t-Teatru Manoel. Dan għaliex fil-fatt se jkollhom ħafna x’jaqsmu ma’ dan it-teatru hekk storiku ta’ pajjiżna, magħruf anka bħala t-tielet l-aktar teatru qadim fl-Ewropa.
Jgħidu li għandhom proġett kbir ġej fil-futur. Dan jikkonsisti f’biċċa xogħol oriġinali minn tagħhom li ħa ssir ġewwa t-teatru kif ukoll ħa tkun dwar it-Teatru Manoel innifsu! Interessanti!
Indubjament The New Victorians ikomplu jgħidu kemm jinsabu onorati b’dan li se jiġri dalwaqt. Pero jidher li se jħallu lill-followers jistennew ftit ieħor - msieken dawk li jbatu bil-kużita’!
Nawgurawlhom għal dan li qiegħedin jaħdmu għalih! Segwu aktar fil-paġna tagħhom.