Personalità li żgur ilkoll tafu hija Claudette Abela Baldacchino li kellha diversi rwoli fil-karriera sabiħa tagħha, saħansitra anke Membru Parlamentari Ewropew. Kienet ukoll ġurnalista u llum taħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fejn tgħin biex flimkien mat-tim kollu, tibdel il-ħajja tan-nies għall-aħjar.

Iżda Claudette għenet ukoll lilha nfisha biex tħossha aħjar anke mill-aspett ta' saħħa, fejn bidlet il-'lifestyle' u l-mod ta' ikel li tiekol u llum ma tgħaddix mingħajr eżerċizzju.

It-tfal tagħha filgħodu jitolbuha ikel bnin u nutrijenti bħall-karotti u ħjar, qaltilna Claudette. Minn età żgħira draw jagħżlu l-aħjar għal saħħithom!

Dan grazzi wkoll għas-sapport tar-raġel tagħha Kevin li ta' kull filgħodu jieħu ħsieb li jipprepara l-ikel għat-tfal sakemm hi tkun tista' tiġġogja wkoll. Verament każ ta' 'sharing life responsibilites'. Kemm hu sabiħ li nidraw bi stili tajbin u li jgħinuna nnaqsu stress żejjed fil-futur.

Ritratt: Facebook/ Claudette Abela Baldacchino

Prosit lilek Claudette! Tajt eżempju u kuraġġ lil min għadu ndeċiż kif u meta se jibda... ħa nammetti, inkluż lili!

Ritratt: Facebook/ Claudette Abela Baldacchino


Clifford Galea