Wara l-ewwel episodju ta' Peppa Pig bil-Malti, ħafna rrealizzaw li omm Peppa Pig mhi ħadd ħlief Valerie Vella. Fuq il-mezzi soċjali tagħha Valerie kkonfermat din l-aħbar u esprimiet il-ferħ tagħha li qed tagħmel din il-parti bil-Malti!

Valerie tikteb, "Iva, jien! Bi pjaċir inħabbar li qed insellef leħni lill-Mamà Pig Maltija kien vjaġġ mill-isbaħ. Nispera li tieħdu gost taraw l-episodji daqskemm ħadt gost nirrekordjahom jien. Prosit tassew lil Media Exclusive għal din l-inizjattiva mill-aqwa u għall-promozzjoni tal-lingwa sabiħa tagħna..... il-lingwa l-Maltija."

Awguri f'dan il-vjaġġ Valerie! Ninsabu ħerqana biex nisimgħu aktar personalitajiet jagħmlu partijiet differenti f'din is-sensiela popolari! Sensiela li żgur se żżomm liċ-ċkejknin isegwu kull episodju! 


Emil Calleja Bayliss