Il-kantant lokali William Mangion għadu kif ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu sabiex jirringrazzja lil kulħadd tal-messaġġ jawgurawlu fejqan ta' malajr! "Is-Sibt li għadda kelli operazzjoni fuq l-irkoppa x-xellugija. Kollox mar tajjeb grazzi għal Alla u s-Sur Mark Portelli u t-tim tiegħu."
Sfortunatament, William kiteb, "bħalissa għaddej minn uġigħ kbir, imma dik hija parti mill-proċess ta' fejqan. Kollox għandu jkun sew fi ftit jiem oħra." Hu jkompli jgħid għandu bejn ġimagħtejn u tlieta sakemm ikun jista' jkun attiv mill-ġdid iżda qal li ħa juża dan iż-żmien sabiex jirrifletti.
Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil William fejqan ta' malajr u nittamaw li ma jdumx ma jerġa' jkun lura fuq saqajh.
Facebook / William Mangion Mascoli