Ċertament li kull ġenitur jinkwieta kontinwament għal uliedu. Jekk jista' jkun lanqas subgħajh iż-żgħir ma tkun tridu jolqot ma' x'imkien jew jaqta' ma' xi ħaġa. Hekk għandu jkun wara kollox...

Fil-fatt id-dentista u omm Brittany Nichole qassmet ħsieb magħna fuq ansjetà partikolari li tgħaddi minnha kontinwament fejn jidħol binha. Hi tgħid li meta waqt li jinħasel jibda jobżoq l-ilma, għall-mument taħsbu li xeraq jew xi ħaġa hekk. Meta tarah xi ftit pallidu, elf ħsieb jgħaddi minn moħħha!

Imsomma din taħseb li "l-fatt li għandha l-ulied hi l-iktar ħaġa li tagħmilha anzjuża". Però ċert li kemm Brittany Nichole kif ukoll intom taqblu miegħi li uliedek huma l-isbaħ ġrajja li qatt tista' tgħaddi minnha! 


Kyle Zarb