Bħalissa x-xogħol fuq id-drama l-ġdida ‘Iż-Żagħka’ għaddej ġmielu. Il-cast u l-crew għaddejjin bil-ġbid tax-xeni u bil-proċess tal-editjar minħabba li fadal xahar biss biex jidher l-ewwel episodju!

Gwida.mt tkellmet ma’ Desier Debono, li huwa l-produttur u wieħed mill-atturi ta’ din id-drama. Qalilna li, “il-pubbliku għandu jistenna sorpriżi sbieħ” minn din id-drama. Aħna m’għandniex dubju minn dan għax mill-filmati li ħarġu s’issa, diġà jidhru ħafna intriċċi!

Apparti minn hekk, irnexxielna nsiru nafu xi informazzjoni ġdida mingħand Desier! L-iżgħar attriċi li se nkunu qed insegwu fuq ‘Iż-Żagħka’ hija Jeanelle Spiteri, li għad għandha biss tlettax-il sena! F’dan ir-ritratt narawha mimlija feriti. Tgħid xi ġralha?

Desier qalilna li dawk il-feriti huma konsegwenza ta’ waqgħa mit-tieqa! Tgħid kif waqgħet? Kien inċident jew forsi xi ħadd imbuttaha? Ikollna nistennew xahar ieħor biex nibdew insiru nafu xi ħaġa! ‘Iż-Żagħka’ se jibda jidher kull nhar ta’ Tnejn fuq NET TV. Titilfuhx!

Facebook / Iż-Żagħka


Yasmin Camilleri