Sena ilu, f'nofs il-qilla ta' pandemija, Chanel Monseigneur ta' 9 snin mill-Mosta rebħet id-dritt li tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest fil-Polonja permezz tal-kanzunetta Chasing Sunsets.

Chanel tibqa' fost l-iżgħar kantanti li qatt irrappreżenta lil pajjiżna f'dan il-konkors prestiġjuż. Chasing Sunsets kellha kompożizzjoni ta' Peter Borg, Aleandro Spiteri Monseigneur u Joe Roscoe mill-band popolari Red Electrick bi kliem ta' Emil Calleja Bayliss.

F'post fuq Facebook, omm Chanel fakkret il-memorja sabiħa tas-sena li għaddiet u qalet li l-kanzunetta għadha tqabbadha l-bard sal-ġurnata tal-lum kull meta tismaha. It-tellieqa għal min ħa jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li jmiss bdiet.

Il-Festival ta' din is-sena ħa jkun qed jittella' fil-belt ta' Pariġi wara li Valentina rebħet il-festival bil-kanzunetta J'Imagine għal Franza. Din is-sena il-finali tal-Junior Eurovision Song Contest tixxandar fid-19 ta' Diċembru.

Il-kompetizzjoni lokali se ssir fis-16 ta' Ottubru. Minn qalbna nawguraw lill-finalisti kollha ta' din is-sena. Wieħed jista' jara min wasal fil-finali billi jidħol HAWN.

Facebook / Chanel Monseigneur


Gwida.mt