Illum il-15 t’Awissu, festa li tista’ tgħid il-Maltin u Għawdxin kollha jkunu qed jistennew kull sena. Apparti li tiġi ċċelebrata b’mod reliġjuż, għandha wkoll konnotazzjonijiet storiċi. Dan għax bħal-lum fl-1942, il-konvoj bl-isem ta’ Operation Pedestal kien wasal f’Malta u salva lil poplu milli jmut bil-ġuħ waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.

View this post on Instagram

A post shared by Mark Galea Pace PT (@markgaleapace) on

Naturalment, minn dakinhar ’l hawn, il-Maltin bdew jirreferu għalih bħala l-konvoj ta’ Santa Marija. Il-konvoj kien l-uniku wieħed li rnexxilu jasal Malta. Il-konvojs l-oħra li kienu ntbagħatu lejn pajjiżna sfortunatament ġew attakkati u sploduti biex Malta ma jkollhiex ikel.

View this post on Instagram

A post shared by Malta Military Bookshop (@maltamilitarybookshop) on

B’xorti tajba, il-konvoj ta’ Santa Maria wasal bl-eżatt, għax kull ma kien fadal ġimgħa ikel biss għal pajjiż kollu. Peress li t-tanker kien ġie attakkat, kif wasal Malta u tbattal mill-ikel u fuel, dan spiċċa għereq. Tal-inqas kien konvoj li rnexxilu jwettaq dmiru u ta’ dan Malta għadha tiċċelebra sal-lum.

Instagram/maltamilitarybookshop


Nicole Barbara