Bħal-lum għaxar snin id-dinja xxukkjat ruħha bil-mewt xejn mistennija ta’ wieħed mill-aqwa atturi li qatt eżistew. Robin Williams ħalla din id-dinja ta’ biss 63 sena. Kien magħruf għal bosta films ikoniki tiegħu bħal ngħidu aħna Mrs. Doubtfire, Dead Poets Society u Aladdin.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Dr Nicholas Briffa sellem il-memorja ta’ dan l-artist fejn qal, “Propju bħall-lum għaxar snin ħalliena b'mod traġiku wieħed mill-aqwa atturi li qatt rat id-dinja. Kien magħruf ghall-umoriżmu u l-umanità tieghu. Permezz tal-fama tiegħu ħoloq ħafna għarfien fuq is-saħħa mentali u fuq l-importanza li nkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta' xulxin. Din il-ġimgħa se nkun qiegħed nippubblika fuq dil-paġna artiklu dwar id-dipressjoni.”

Facebook/Mental Health Foundation


Charlton Cefai