Wayne Aquilina qasam ritratt u fakkar produzzjoni li kienet ittellat fuq tliet snin. Hu kiteb, "Bħal-lum, 10 snin ilu, konna pproduċejna u ppreżentajna l-aħħar IŻOLATI fuq ONE."

Wayne jgħid, "Produzzjoni eċċellenti, bl-ewwel edizzjoni kienet ixxandret live minn Kemmuna, it-tieni edizzjoni live minn kastell f’Għawdex u din l-aħħar edizzjoni ta’ 10 snin ilu live mill-Ħabs l-antik ta’ Kordin."

Hu kompla jżid, "Esperjenzi sbieħ ma’ tim ta’ nies li konna ngħixu għal dawn il-produzzjonijiet uniċi u li kienu jiġbdu lejhom eluf ta’ segwaċi jsegwu ONE. Mumenti li ma ninsiex fil-karriera tiegħi."

Min jiftakarha din il-produzzjoni? Produzzjoni li kienet iżomm bosta telespettaturi jsegwu tul dawk il-jiem li kien jixxandar dan il-programm.


Emil Calleja Bayliss