Bettany Hughes Bi Programm Fuq L-Istorja Ta’ Malta

Bettany Hughes, preżentatriċi rinomata bħalissa qed tippreżenta programm imsejjaħ Treasures of The World fuq l-istazzjon Ingliż Channel 4. Għat-tieni episodju tagħha, Bettany qed tiffoka fuq l-istorja rikka ta’ Malta, speċifikament, l-Ipoġew.

L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni ġewwa r-Raħal Ġdid. hija struttura sotterranja Neolitika li tmur għall-fażi ta’ Saflieni fil-preistorja Maltija,

L-Ipoġew huwa maħsub li kien santwarju u nekropoli, bil-fdalijiet ta’ aktar minn 7,000 persuna dokumentati mill-arkeoloġi, u huwa fost l-aħjar eżempji preservati tal-kultura tal-bini tat-tempji Maltin flimkien mat-Tempji Megalitiċi u ċ-Ċirku tax-Xagħra.

L-episodju se jixxandar illum u se jkun online hawn.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI