Is-Sibt li għadda, 2 ta’ Novembru, il-make up artist Bernard Gellel kien preżenti fil-Malta Comic Con 2019 bħala wieħed mil-judges.
Għal min ma jafx, il-Comic Con hija konvenzjoni li tinvita lil kull min jaqra l-comics, jara xi tip ta’ kartoons, lil artisti kif ukoll cosplayers (dawk li jilbsu ta’ xi karattru fittizju speċifiku) ghal event li ddum għaddejja jumejn.
Bla dubju, għal din l-okkażjoni Bernard Gellel reġa’ wera l-kapaċitajiet tiegħu billi libes ta’ Medusa, il-mostru li jagħmel parti mill-mitoloġija Griega.
Bernard qal lil Gwida.mt li l-kostum elaborat tiegħu għamlu b’idejh stess, b’materjal riċiklabbli li sab fid-dar tiegħu stess, fosthom sriep tal-plastik, fjuri tal-plastik u foam. Naturalment, il-make up bl-effetti speċjali għamlu hu wkoll!
Għalissa jidher li Bernard se jieħu ftit nifs wara l-isfida tal-Halloween li għamel u l-kostum li kkrea ghal Comic Con. Iżda hu qal lil Gwida.mt li digà qed jipprepara xi ħaġa relata mal-Milied!
Min jaf biex se joħrog iżjed Bernard? Intom kurjużi biex issiru tafu?
Sven Farrugia/Neil Farrugia