Benna, il-produttur ewlieni tal-ħalib f’Malta, qed iħabbar it-tnedija tal-kampanja tiegħu ta’ sostenibbiltà, li se tiġi introdotta uffiċjalment waqt il-Malta Book Festival 2024, li se jsir bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru 2024.
Bħala wieħed mill-isponsors ewlenin tal-festival, Benna se jkollu stand iffukat fuq il-promozzjoni tas-sostenibbiltà, b’attenzjoni speċjali tingħata lill-edukazzjoni tat-tfal dwar l-importanza li jitnaqqas l-iskart u li jagħmlu għażliet konxji favur l-ambjent.
Din l-inizjattiva tifforma parti ewlenija mill-impenn usa’ ta’ Benna lejn il-ħarsien ambjentali, billi tinvolvi lill-konsumaturi, id-distributuri, u l-ħwienet tal-merċa biex jaħdmu flimkien sabiex jimminimizzaw il-ħela tal-ikel madwar Malta u Għawdex. Billi tinkoraġġixxi konsum responsabbli u prattiki effettivi għat-tnaqqis tal-iskart, Benna qed timmira li toħloq bidla pożittiva fit-tul kemm għall-komunità, kif ukoll għall-ambjent.

Bħala parti mill-ispinta, il-kampanja se tinkludi tagħrif edukattiv biex tgħin lill-konsumaturi jifhmu kif jistgħu jgawdu l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ta’ Benna b’mod aktar sostenibbli. Barra minn hekk, Benna se taħdem mad-distributuri u l-ħwienet tal-merċa biex tnaqqas il-ħela tal-ikel billi tedukahom dwar prattiki effettivi fil-ġestjoni tal-istokk. Din l-inizjattiva għandha l-għan li timminimizza l-prodotti mhux użati u r-ritorni tal-prodotti, trawwem katina tal-provvista aktar effiċjenti u konxja mill-iskart. Il-kampanja, li tallinja mal-miri ambjentali nazzjonali ta’ Malta, issaħħaħ id-dedikazzjoni ta’ Benna għar-responsabbiltà soċjali korporattiva.
Meta tkellem dwar l-inizjattiva, Alex Briffa, Kap Eżekuttiv tal-Malta Dairy Products Ltd., qal: "F'Benna, nemmnu li s-sostenibbiltà hi responsabbiltà ewlenija. Bit-tnedija ta' din il-kampanja waqt il-Fiera tal-Kotba, qed nittamaw li nispiraw lill-komunità tagħna—speċjalment lit-tfal—jaddottaw drawwiet aktar sostenibbli. Flimkien, nistgħu niżguraw li kull qatra tal-ħalib tkun apprezzata, u xejn ma jinħela.”
L-ispinta tas-sostenibbiltà se tkun promossa permezz ta’ serje ta’ attivazzjonijiet diġitali, tal-midja soċjali u fil-ħwienet, li tinkoraġġixxi parteċipazzjoni mifruxa kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-imsieħba kummerċjali ta’ Benna. Il-viżitaturi tal-Malta Book Festival jistgħu jesploraw l-istand tas-sostenibbiltà għal aktar informazzjoni, inklużi attivitajiet maħsuba għal udjenzi iżgħar fl-eta’.
Għal aktar dettalji dwar il-kampanja ta’ sostenibbiltà ta’ Benna, il-firxa tal-prodotti tagħhom, u kif tista’ tinvolvi ruħek, żur www.benna.com.mt jew segwi il-midja soċjali tagħhom.