Fi żmien ftit xhur, wiċċ Christabelle Zammit sar verament popolari mal-Maltin. Hi magħrufa aħjar bħala Belle, li fil-bidu tal-pandemija ddeċidiet li tibda ttella’ l-filmati live fuq Facebook biex iddaħħak u tferraħ lil ħaddieħor. Dan kollu wassal għat-twelid tal-paġna BELLE Live Shows, li għamlet suċċess kbir.

Illum, Belle żvelat l-ewwel filmat li beda kollox u spjegat kif waslet biex bdiet il-vjaġġ tagħha bħala personalità tal-midja.

Dan il video kien kollox. Dawk kienu l-ġranet tal-bidu tal-Covid,” kitbet hi. “Dak il-lejl ma stajtx norqod u bdejt naħseb biex l-għada nagħmel live tad-daħk u filfatt l-għada kont għamilt l-ewwel live mal-ġirien ta' ħdejja. Lanqas għaddietli minn ġo moħħi li ħa nibqa’ s’issa u li ħa nasal fejn wasalt!”

Int tiftakru dal-filmat? Kont tobsor li azzjoni tant żgħira kienet se twassal għal suċċess kbir għal din il-mara? Kull ħaġa tibda b’pass żgħir!

Facebook/BELLE Live Shows


Nicole Barbara