L-ERA għadha kemm ikkonfermat fuq il-midja soċjali dwar bejta ġdida fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex. Għal dan is-sajf din kienet it-tielet bejta li ġiet irrappurtata.

Il-bejta ġiet identifikata kmieni llum hekk kif il-voluntiera ta' Nature Trust lemħu l-fekruna waqt ronda fuq il-bajja. L-ERA flimkien ma' NTM waslu immedjatament fuq il-post biex tingħalaq iż-żona u s-sit jiġi protett.

Appell għall-pubbliku biex dak li jkun iċempel lill-ERA fuq 2292 3500 jew lill-NTM fuq 9999 9505 f'każ li jilmaħ xi bejta jew fekruna f'diffikultà.

Bejta fkieren 1


Kyle Zarb