Skont l-aġġornament tat-temp imħabbar mill-paġna It-Temp Madwarna jidher li t-temp xemxi u s-sħana ser ikunu qed jippersistu għal għada s-Sibt, u l-Ħadd li ġej.
Fil-fatt, l-ogħla temperatura għal nhar is-Sibt se tkun ta’ 25°C filwaqt li nhar il-Ħadd ser titla’ għal 27°C.
Ir-riħ se jkun pjuttost ħafif ukoll għall-jumejn li ġejjin. Jidher li s-sajf dalwaqt magħna u ser nibdew inqaċċtu sew!