L-ispettaklu maġiku fuq is-silg, ‘Beauty and the Beast on Ice’, se jasal f’Malta għal ftit lejliet biss bejn id-19 u l-21 ta’ April 2025 fl-MFCC, Ta’ Qali. Din il-produzzjoni spettakolari se ġġib l-istorja klassika u maħbuba ta’ Beauty and the Beast b’mod totalment ġdid u affaxxinanti fuq silġ reali.

Bi produzzjoni mill-aqwa u effetti viżivi li jieħdu l-ispettaturi f’dinja ta’ fantasija, dan l-ispettaklu se joffri esperjenza li ma tintesiex għal udjenza ta’ kull età. Skaters internazzjonali ta’ fama mondjali se jwasslu prestazzjonijiet impressjonanti, b’koreografija spettakolari li tgħaqqad l-eleganza u l-passjoni tal-ice skating ma’ xeni teatrali sbieħ.

L-udjenza se tibqa' mistagħġba wkoll minn wirjiet ta’ akrobazija straordinarja u effetti speċjali li jżidu mal-maġija tal-ispettaklu. B’ċirkwit tas-silg li se jinbena apposta għall-okkażjoni ġewwa l-MFCC, dan huwa l-ewwel spettaklu ta’ din ix-xorta f’Malta, u joffri opportunità unika biex tara din il-ġrajja maġika sseħħ quddiem għajnejk.

Biljetti qegħdin jinbiegħu b’ritmu mgħaġġel! Dan huwa spettaklu perfett għall-familja kollha matul il-vaganzi tal-Għid. Tħallix dan iċ-ċans jgħaddilek! Wieħed jista' jibbukkja l-biljetti tiegħu minn fuq is-sit showshappening.com.


Emil Calleja Bayliss