Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Eurovision bdiet issa ġewwa Rotterdam bl-isem ta' Turquoise Carpet. Il-kantanti flimkien mad-delegazzjonijiet tagħhom ser ikun qed jaslu għal din iċ-ċerimonja u anke jgħaddu l-kummenti tagħhom.

Destiny hija fost il-kantanti li mhux ser tkun tista' tattendi għal din iċ-ċerimonja minħabba l-każijiet tal-Covid-19 fil-lukanda fejn qiegħda. Madanakollu, hemm ċans li l-kantanti li ma jistgħux jattendu xorta waħda jkunu preżenti b'mod virtwali. Tgħid ħa naraw lil Destiny preżenti virtwalment mill-kamra tagħha llejla?


Kyle Zarb