Wieħed mill-aktar kokijiet popolari f’Malta huwa bla dubju Sean Gravina. Jixhdu dan, l-apparenzi tiegħu fuq it-televiżjoni, għar-ritratti ta’ Instagram li jqabbduk l-aptit għal xi ikla tajba minn taħt idejh, għall-avventuri mal-familja tiegħu Ira Losco u ż-żgħir Harry.
Il-kok Gravina jaqsam xi ħsibijiet tiegħu fuq Instagram, fejn isemmi l-kisbiet prinċipali f’ħajtu, jagħti ħjiel ta’ x’inhu l-pass li jmiss fil-karriera tiegħu, u jaqsam parir li tgħallem matul is-snin.
Ilni fid-dinja kulinari għal 13-il sena issa, bdejt mill-qiegħ, ħdimt minn kok taħt ħaddieħor għal li mmexxi kċina, u issa mmexxi r-ristorant tiegħi stess.
Mort skola hawn Malta, ħdimt lokalment, studjajt, gradwajt u ħdimt barra minn Malta, ħdimt fuq it-televiżjoni lokali u internazzjonali, u issa dalwaqt inniedi l-programm ġdid tiegħi stess ma’ xi ħadd popolari.
Sean ikompli:
Tajt korsijiet kulinari u issa ħajti hija r-ristorant tiegħi. Noħloq menu' mal-kok prinċipali u nassisti meta jippermetti l-ħin. Noħloq xarbiet, norganizza u nieħu ħsieb avvenimenti privati.
Ħaġa waħda biss qatt ma nbidlet, qatt ma waqaft nisma’, nisma’ minn kulħadd u nitgħallem minn kull persuna li nkellem ta’ kuljum.
U la qed insemmu lil Sean Gravina fiż-żmien, bix-xieraq naqsmu wieħed magħkom mill-passat ukoll!
Segwu lil Sean fuq il-midja soċjali tiegħu fuq Instagram u Facebook.
Instagram / sgravina10