Mark Laurence għadu kif ħabbar li ġiet nieqsa n-nanna tiegħu. Fuq il-profil tiegħu ta' Facebook il-preżentatur kiteb, "Din hija l-aktar mara b'saħħitha li naf. Refgħetni meta kont żgħir, u meta ma baqgħetx tiflaħni, baqgħet terfagħni, bil-prinċipji u l-valuri li għallmitni."

Hu kompla jgħid, 'Illum qed jerfagħha fi ħdanu dak li ħabbha sa minn dejjem. Ċaw għalissa Nanna Maria Saveria." Hu ħabbar ukoll li l-funeral hu llum fil-17:00 fil-Knisja Parrokkjali ta' Sannat.

Aħna ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Mark Laurence u lill-familja kollha tiegħu f'dan il-mument diffiċli. Kuraġġ Mark!

Facebook / Mark Laurence Zammit


Emil Calleja Bayliss