Christopher Barbara huwa attur Malti li jaħdem il-parti tas-Surġent Zack fis-serje lokali NOLI. Huwa llum kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu li fadal xahar biss għat-tieġ tiegħu u tal-għarusa tiegħu Steph.

F’Diċembru li għadda, Christopher propona lil Steph fuq is-set tas-serje NOLI bl-għajnuna tal-atturi l-oħra u l-bqija tal-krew. It-tim ta’ NOLI kien kiteb “lbieraħ waqt ġurnata filming, kellna sorpriża liema bħalha! Is-surġent Zack ikkonfoffa mal-kumplament tal-iskwadra sabiex għenuh jipproponi lill-għarusa tiegħu. Fiona tant kienet eċitata li qalbet l-ittri! Imma nsommam fl-aħħar mill-aħħar l-importanti li qaltlu IVA!”

It-tim ta’ Gwida minn qalbu jawgura futur mimli dak kollu li tixtieq qalbkom Steph u Christopher!


Nicole Zammit