“Baqa’ 7 Tijiem Biex Nagħlaq 35 Sena. Nixtieq Nistiednek Għal…” – Bjorn Formosa Bi Stedina Lill-Pubbliku

Jum għeluq snin Bjorn Formosa jinsab biss seba’ tijiem ‘il bogħod u dan żvela kif se jkun qed jiċċelebrah.

Planet Hollywood se jkunu qed jiddedikaw ir-ristorant tagħhom għal Bjorn sabiex ikun jista’ jagħmel ikla u jiċċelebra jum għeluq sninu. Biss din mhux se tkun ikla għal dawk viċin Bjorn biss għax hu qed jistieden lill-pubbliku sabiex ikun jista’ jirċievi invit għal din il-lejla u jiċċelebra din il-ġurnata ma’ Bjorn.

“Nixtieq nistiednek għal din l-ikla fejn id-dħul kollu ser imur biex inkomplu ngħinu aktar pazjenti” kiteb Bjorn.





Dawk kollha li huma interessati jattendu jistgħu jagħfsu HAWN sabiex jibbukjaw posthom.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI