Is-sena 2020, kif kulħadd jaf kienet sena ta’ sfida f’kull settur, mhux biss għaliex ma sarux festi u kunċerti iżda anka biex seta’ jseħħ it-tagħlim tal-mużika. Iżda l-membri tal-Banda Vittorja tan-Naxxar ma qatgħux qalbhom. U minflok ippersistew. Flimkien tellgħu kunċerti b’mod virtwali fil-ġranet tal-Milied għall-poplu Malti.

L-isem ta’ dawn il-kunċerti kien Għanjiet Ta’ Tama, li turi xewqa għal ġejjieni aħjar minn dak li ninsabu globalment fih issa. Dawn seħħu b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Tan-Naxxar.

Ir-rekordjar ta’ dawn is-sessjonijiet ġabu wkoll magħhom sfidi ġodda iżda ttiehdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi assigurat is-saħħa tal-mużiċisti u dawk kollha involuti. Dan il-mument nissel sodisfazzjon kbira f’kull min kien ta’ kontribut għaliex bis-saħħa ta’ dawn is-sessjonijiet reġgħu ngħaqqdu kollha flimkien.

L-aħħar silta ser isseħħ fl-ewwel tas-sena, 1 ta’ Jannar, 2021.

Facebook / Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar


Rowena Calleja