Ilbieraħ kien l-aħħar programm mis-sensiela XOW, immexxi minn Ron u Jacqui Losco. L-aħħar programm beda bil-banda u l-marċi tal-festi tradizzjonali. 

Preżenti fix-XOW finali kien hemm bosta mistednin magħrufin fosthom; Emmy Bezzina, Mandy Grimaud, Melanie Kelly, Muxu, Sarah Bonnici, Ġorġ tad-Doughnuts, Klinsmann, Gwenn, Giada, Janvil, Karin Duff, Drakard u Spagu. 

Mistieden speċjali waqt il-programm kien ukoll Fabrizio Faniello li kanta l-klassika Sal-Aħħar Nifs. Miegħu ingħaqdet biex tkanta wkoll Jacqui! Din il-kanzunetta ġiet magħżula minn Dar Bjorn għall-maratona ta’ din is-sena li ħa ssir fit-22 ta’ Settembru. 

Bħas-soltu, id-daħk u d-divertiment ma naqasx waqt il-programm. Lil Melanie Kelly qalulha tagħżel bejn Fabrizio Faniello, Klinsmann jew Drakard biex tinvistah, tmur xahar gym miegħu jew tagħtih bott piżelli. Lil Drakard tagħtu bott piżelli għax huwa l-inqas wieħed li taf, lil Klinsmann qalet li kieku tinvistah filwaqt li tmur il-gym ma' Fabrizio. 

Grazzi mill-qalb tal-kumpanija li żammejtulna waqt XOW! Se nimmissjawkom!

Facebook / XOW


Kylie Ann Chircop