Żgur li l-vawċers kienu inizjattiva tajba ferm. L-introduzzjoni tal-iskema tal-vouchers, għenet bil-bosta biex terġa’ tibda żżid l-attività ekonomika fir-ristoranti; lukandi u ħwienet tal-merċa ġewwa Malta u Għawdex.

Il-Ministru Scicluna qal li ser ikollna t-tieni rawnd ta' vouchers. Din id-darba bil-mitt ewro vouchers se jkunu qed jinqasmu f’€60 li jistgħu jissarrfu f’akkomodazzjoni, lukandi u ristoranti filwaqt li €40 vouchers jistgħu jissarrfu fil-ħwienet u servizzi.

Il-vouchers ser jitqassmu lil kull min ikun għalaq 16-il sena sal-aħħar ta’ din is-sena. Dettalji 15 fuq din l-iskema jingħataw aktar ’il quddiem. 


Anthony Baldacchino