Din il-kelba nstabet dalgħodu minn Justin Camilleri, raġel b’qalb tajba! Din il-kelba, bl-isem ta’ Bailey, kienet ilha ftit iddur waħedha fl-akwati fejn sabha Justin.
Sfortunatament is-sitwazzjoni li Justin sab lil Bailey fiha ma kinetx waħda sabiħa. Fost l-oħrajn, rasha kienet mimlija ġrieħi, għandha l-ġilda infettata, sieqha migduma u tinsab b’nejba nieqsa. Probabbilment kienu jġelduha. Povra kelba!
Però b’xorti tajba, dalgħodu ltaqgħet ma’ dan ir-raġel li ħenn għaliha! Kif raha, Justin tellagħha fil-karozza tiegħu u din telgħet mingħajr problemi ta’ xejn! Ħadha għand il-veterinarju sabiex tiġi ċċekkjata u fuq nota pożittiva tinsab b’saħħitha!
Justin irringrazzja lill-klinika Happy Paws u lill-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati għax verament kienu ta’ għajnuna. Apparti minn hekk, irringrazzja lil Adore More għax offrew li jħallsulha dak li kellha bżonn.
It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jgħid prosit lil Justin tal-ġest sabiħ li għamel ma’ Bailey. Ninsabu ċerti li dak li għamel magħha hu, se troddulu bil-ferħ li se tagħtih tul ħajjitha!
Facebook / Justin Camilleri