Nicholas ġej minn familja li mdorrija fil-catering tul dan il-festi allura forsi ma jkollux iċ-ċans li jgawdihom daqskemm igawdihom ħaddieħor. Hu jgħidilna li meta kien tfal dejjem jiftakar lill-ġenituri tiegħu xogħol iżda kien hemm żmien partikolari li kien igawdi l-festa tal-Milied ma’ ħaddieħor.

Barra minn dan hu jgħidilna wkoll li r-rigali jħalluhom għall-aħħar! Dan għaliex għandhom tradizzjoni li jitilgħu l-Belt f’ġurnata partikolari. Nicholas iħobb rigal partikolari iżda donnu din is-sena diffiċli biex jirċievi dak li vera jħobb. X’inhu dan!?

Tħobb tarma għall-Milied u minn meta tibda tarma? Din is-sena bdejt qabel issoltu jew le?

Il-Milied huwa żmien sinifikanti għalija. Iva, bdejt narma mill-20 ta’ Novembru u l-ġulbiena din is-sena żrajtha f’Novembru u telgħet malajr.

Hawn min jgħid li x-xiri tar-rigal uġigħ ta’ ras. Taqbel jew tħobb tixtri r-rigali? Hemm xi ħadd li ssibha vera diffiċli biex tixtrilu rigal? Min?

Rigali nħobbhom ħafna kull sena inħallu sa lejliet il-Milied u nitilgħu il-Belt u nixtru r-rigali f’daqqa. Issa ħadnieha drawwa. Ma tantx ninkwieta għal ħadd għax jekk ma jogħġobhomx l-aqwa li tajthom xi ħaġa, il-qalb tgħodd hux. Però naħseb ir-raġel għandu naqra diffikultà bija din sena għax jien insiefer inħobb u din is-sena ma nistgħux.

Kieku kellek tirċievi rigal wieħed din is-sena xi jkun u għaliex?

L-isbaħ rigal din is-sena kieku jkun nies li warrbuni meta kont għaddej minn dipressjoni jifhmu u jitgħallmu li żbaljaw meta ma fehmunix u warrbuni u wkoll li b’xi mod nies li weġġgħuni jindunaw li ħfirtilhom.

Kif inhuma differenti għalik dawn il-jiem din is-sena, minħabba l-pandemija preżenti? X’inhi l-aktar ħaġa li qed timmissja li ssoltu tagħmel?

Pandemija u mhix naħseb għadna għaddejjin normali għaliex jien u r-raġel t-tnejn naħdmu fil-catering so għalina dejjem xogħol però li nimmissja kull sena hija t-tgħanniqa ta’ nannti.

Meta kont żgħir/a kont temmen fil-karattri maġiċi li jġib miegħu l-Milied?

Meta konna żgħar aħna l-Milied qatt ma ċċelebrajnieh... missieri u ommi dejjem jaħdmu. Meta kienu bil-każin tal-banda konna niċċelebraw ma’ tfal oħra, però qatt ma ħsibt li jeżistu karratri dejjem kont nemmen li huma figura.

Nicholas jagħlaq b'messaġġ qasir ta’ awguri lill-qarrejja tagħna fejn jgħid, "Minn qalbi nixtiqilkom il-festi t-tajba lilkom u l-familji tagħkom. Qegħdin fi żmien diffiċli però din is-sena huwa l-waqt li nieqfu u nifhmu aktar lil xulxin."


Emil Calleja Bayliss