L-attur lokali tista' tgħid li sar wiċċ familjari ma' bosta telespettaturi llum il-ġurnata. Fuq il-midja soċjali tiegħu, Jamie ħalla messaġġ kemxejn tad-daħk imma messaġġ li żgur mhux forsi ħafna u ħafna żgħażagħ jistgħu jirrelataw miegħu.

Jamie ddeċieda li jbigħ il-playstation tiegħu, "B'sogħba kbira, għax ma nafx nikkontrolla bejn studju u logħob." Hu qed ifittex post sigur sabiex din il-playstation ikollha sid sabiex jieħu verament ħsiebha. 

Ngħiduha kif inhi, Jamie bejn id-drama u l-produzzjonijiet li tkun involut fihom, bejn ir-rajdu u l-istudju naħseb sfida kbira, aħseb u ara jekk tħobb il-logħob tal-playstation ukoll ma' dan kollu.

Tgħid jirnexxielu jsib lil xi ħadd? Ngħiduha kif inhi, mhux talli ħa jgawdu minn playstation, li skont Jamie hi f'kundizzjoni tajba mmens, imma ħa jkollhom il-playstation ta' Jamie hux! Wiċċ popolari fix-xena lokali! Dak missu għamilha rkant!

Facebook / Kunsill Studenti Junior College


Emil Calleja Bayliss