Mgarr Farmers Cooperative Society Ltd fuq il-mezzi soċjali tagħhom jiktbu dwar it-telfa ta' Karmenu Sammut. Huma jħabbru, "B'sobgħa kbira nħabbru l-mewt ta' membru attiv tal-kooperattiva is-Sur Karmenu Sammut. Kondoljanzi sinċiera lill-familja tiegħu kollha. Dejjem f'qalbna."
Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said tikteb, "Strieħ fis-Sliem Karmenu Sammut. Grazzi tal-ħidma tiegħek fl-Imġarr, għall-festa, fl-oratorju u kull attivita’ oħra. Festa Frawli - Strawberry Festival mhux se tkun l-istess mingħajrek. Kondoljanzi lill-familja kollha."
F'isem it-tim ta' Gwida ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja ta' Karmenu Sammut u l-kollegi tiegħu. Strieħ fis-sliem u kompli ħares lill-maħbubin tiegħek minn fejn tinsab.