"B'Qalbna Mtaqqla Nsellmu Lill-Membru Għażiż Fil-Familja Tal-Banda Tagħna, Mro. George Aquilina" – Maltese Own Band Philharmonic Society Inc.

Fuq il-paġna Maltese Own Band Philharmonic Society Inc. sellmu l-memorja ta’ Mro. George Aquilina, li ħalla din id-dinja nhar il-Ħadd 23 ta’ Frar 2025.

“B’qalbna mtaqqla nsellmu lill-membru għażiż fil-familja tal-Banda tagħna, Mro. George Aquilina, li miet fit-23 ta’ Frar. George ma kienx biss mużiċist; kien viżjonarju u ħabib għażiż. Bħala l-aħħar membru fundatur li baqa’ ħaj tal-Banda Maltese Own, kellu rwol kruċjali biex jgħin lill-mibki Mro. Joe Muscat jagħti l-ħajja lill-banda tagħna fl-1977.”

Huma jfaħħru l-passjoni u d-dedikazzjoni li dejjem wera fi ħdan il-banda tagħhom. Ikomplu, “L-impatt ta’ George fuq il-banda tagħna u l-komunità mużikali usa,’ qatt mhu se jintesa. Il-legat tiegħu se jibqa’ jgħix f’kull nota li ddoqqu.”

Joffru l-kondoljanzi lil martu u lill-familjari, qraba u ħbieb kollha tiegħu. Strieħ fis-sliem Mro. George Aquilina.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI