L-iskola privata ta' San Anton bħalissa tinsab f'luttu hekk kif tilfu waħda mill-edukaturi tagħhom. Huma ħabbru dan fuq il-paġna tal-iskola fejn kitbu, "B’qalb tqila, inħabbru l-mewt tal-għażiża kollega tagħna Blanche Mamo li ngħaqdet mal-Mulej Rxoxt, kmieni Ħadd tal-Għid filgħodu. Bħala kollega u edukatriċi stmata, is-Sinjura Blanche se tkun immissjata ħafna mill-komunità kollha ta’ San Anton."

Huma jżidu, "Jalla tingħata l-mistrieħ ta’ dejjem u jalla l-Mulej iħares il-familja tagħha matul dan iż-żmien diffiċli ħafna. Fil-ħsibijiet u t-talb tagħna speċjalment bintha s-Sinjura Danielle Sapiano, ukoll edukatriċi tas-Settur Primarju f’San Anton."

Huma jagħlqu billi jgħidu, "Is-servizz tal-funeral tagħha se jsir nhar l-Erbgħa 7 ta’ April, fid-9.30 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali tal-Ibraġġ u se tkun streamed fuq l-internet fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Parroċċa tal-Ibraġġ."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tas-sinjura Blanche u l-komunità ta' San Anton. Strieħ fis-sliem Blanche.


Emil Calleja Bayliss