L-attur John Travolta, aktar kmieni dalgħodu ħabbar il-mewt tal-mara tiegħu li tilfet il-battalja tagħha ta' sentjen kontra l-kanċer. Hu jgħid, "Hija ġġieldet ġlieda qalbiena bl-imħabba u l-appoġġ ta' tant."

Travolta jkompli l-messaġġ tiegħu, "Il-familja tiegħi u jien se nkunu dejjem grati lejn it-tobba u l-infermiera tagħha fl-MD Anderson Cancer Center, iċ-ċentri mediċi kollha li għenu, kif ukoll il-bosta ħbieb u maħbubin tagħha li kienu maġenba. L-imħabba u l-ħajja ta' Kelly dejjem se jiġu mfakkra."

Jagħlaq b'messaġġ lis-segwaċi tiegħu, "Ħa nkun qed nieħu ftit ħin biex inkun hemm għat-tfal tiegħi li tilfu lil ommhom, u għalhekk aħfruli bil-quddiem jekk ma tisimgħux minna għal xi żmien."

Facebook / John Travolta


Emil Calleja Bayliss