Il-kantanta lokali Moira Stafrace ħabbret il-mewt ta' żewġha l-għażiż li ġie nieqes fl-aħħar sigħat. Huwa ta' xokk kbir għall-industrija lokali, Chris Scicluna huwa l-ewwel kantant Malti li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li għadda għall-ħajja ta' dejjem.

Proprju llum, il-kantanti li telgħu għall-Eurovision Song Contest f'isem Malta ħa jkunu qed jgħixu l-mumenti ta' glorja fejn ħa jingħaqdu f'kunċert mal-kantanti li qed jittantaw xortihom biex jirbħu l-vjaġġ għal Turin din is-sena.

Moira kitbet b'qalb maqsuma li żewġha l-għażiż għadda għall-ħajja ta' dejjem! Hi tirringrazzjah tal-ħajja sabiħa li kellhom tul dawn l-aħħar 27 sena. Huma rrappreżentaw lil Malta bil-kanzunetta More Than Love fl-1994 u kienu l-imħuħ wara l-kanzunetta Believe N' Peace tat-Times Three fl-1999.

Strieħ fil-paċi Chris!


Emil Calleja Bayliss