Sfortunatament, Marthese Camilleri qasmet l-aħbar xokkanti li ħalliena binha jean Paul.
“B’qalb maqsuma, nsellem lil ibni Jean Paul,” hi kitbet. “Ħallejtna bla ma tajtna ċans ngħidulek ċaw. U issa, aħna hawn waħedna mingħajrek. L-aħar ħolma kerha tiegħi waslet, fejn ikolli nippretendi li kollox huwa normali, filwaqt li qalbi hi f’agunija ta’ uġigħ.”
“L-aħħar Ħadd…imissni għannaqtek aktar u fit-tul. L-aħħar Ħadd li rajtek fejn inti tbissimt meta rajt lil Luna tistenniek fil-gallarija. Id-daħka tiegħek u n-nebħħa tagħha jkunu dejjem ta’ eku f’qalbi…”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u qraba ta’ Jean Paul.

Facebook/Marthese Camilleri