Il-Wildlife Rescue Team ħareġ sejħa għal bżonn ta' voluntiera li lesti jgħinu fil-bini ta' miżuri protettivi kontra r-riħ. 

Dan hekk kif il-membri ilhom jiġġieldu bla waqfien, sabiex jipproteġu l-bejtiet tal-fkieren mill-mewġ qawwi tal-Majjistral, fil-bajjiet ta' Għajn Tuffieħa u r-Ramla l-Ħamra. 

Għalkemm is-sitwazzjoni bħalissa tidher li hija waħda stabbli, din tista' tinbidel f'inqas minn 5 minuti. 

Mela jekk xi ħadd għandu ħin liberu, xi pala jew barmil u par idejn li lesti jgħinu, jekk jogħġbok ikkunsidra li tinżel lejn Għajn Tuffieħa jew ir-Ramla l-Hamra biex tivverifika jekk hemmx bżonn għajnuna.

Żgur li se jkun hemm bżonn l-għajnuna fuq il-bqija tal-lum, għada (l-Erbgħa 11) filgħodu, il-Ħamis 12 filgħodu, il-Ġimgħa 13 ta' wara nofsinhar, is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 il-ġurnata kollha, u probabbilment it-Tlieta 16 u l-Erbgħa 17.

Facebook / Wildlife Rescue Team Malta


Kylie Ann Chircop