L-istazzjon tar-radju tal-komunità hu xi ħaġa speċjali u dawk li jxandru u jaħdmu fuqu ċertament li jsiru qishom familja waħda. It-telfa tal-familja Scicluna f'Għajnsielem Għawdex inħasset minn dawk qrib ta' din il-komuinità.

Radju Lauretana, ibbażat fil-pjazza Madonna ta' Loreto, f'Għajnsielem, sellem lil Loreto Scicluna. Huma għamlu dan permezz tal-paġna ta' Facebook tagħhom fejn kitbu, "B'niket inħabbru l-mewt ta' Loreto Scicluna, ir-raġel tal-kollega tagħna Mary Scicluna u missier it-tekniċi tagħna Anthony u Christian. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem. Kondoljanzi lill-familja."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ningħaqdu magħhom sabiex ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu f'dan il-mument kemxejn iebes. Ċertament li jkollhom bżonn isibu s-sabar biex ikomplu għaddejjin. Strieħ fil-paċi Loreto u kompli ħares fuq l-għeżież tiegħek.


Emil Calleja Bayliss