"B’Kull Difett, Inti Tellajt Tifel Li Mexa Fuq Il-Passi, Ta’ Missier Li Għamel Karriera, Dawn Huma Fatti" – Liston Bongailas Lil Missieru

Liston Bongailas li sirna nafuh mit-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent kiteb messaġġ mill-isbaħ lill-għażiż missieru. Missieru mhu ħadd ħlief il-kantant li rajnieh jikkompeti fil-Malta Song For Europe fid-disgħinijiet, Vincent Bongailas.

Liston kiteb poeżija lil missieru għall-okkażjoni. Isemmi kif missieru kien dejjem ta’ eżempju tajjeb għalih u mingħandu ħa valuri tajbin. “B’kull difett, inti tellajt tifel li mexa fuq il passi, Ta’ missier li għamel karriera, dawn huma fatti. Fil-ħajja kulħadd jiżbalja, u jien b’hekk tgħallimt, Li mhux kollox imur ħarir, hemmek jien fhimt.”





Jagħlaq il-messaġġ tiegħu b’ritratt mill-passat kif ukoll bil-kliem, “Grazzi u Awguri Pa, u Grazzi talli dejjem kont int, Illum aħna ħbieb kbar, u ibqa dejjem kif int! Awguri u Inħobbuk Ħafna Pa!”

Awguri minn qalbna Vince!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI